Fl-isfond tal-gwerra li tinsab għaddejja bħalissa fir-reġjun tal-Lvant Nofsani, il-Papa Ljun XIV fisser kif il-paċi tista’ tinkiseb biss b’djalogu sinċier, raġenevoli u responsabbli u mhux bl-użu tal-armi. Sostna li l-armi jikkawżaw biss distruzzjoni, tbatija u fuq kollox, mewt.
Fuq il-pjattaforma X, il-Kap tal-Knisja Kattolika kompla jesprimi t-tama tiegħu li l-mexxejja tal-pajjiżi involuti f’dan il-kunflitt jagħtu prijorità assoluta lill-benesseri tal-popli tagħhom.
Saħaq li dawn il-mexxejja għandhom iqisu bħala responsabbiltà morali l-ħidma tagħhom sabiex jieqaf il-ġlied mill-aktar fis possibbli u b’hekk tirrenja l-istabbiltà. Wissa dwar il-periklu li l-indifferenzi bejn il-pajjiżi involuti jeskalaw tant li jsir diffiċli ferm sabiex jintlaħaq kompromess.
I am following with deep concern what is happening in the Middle East and in Iran during this tumultuous time. Stability and peace are not achieved through mutual threats, nor through the use of weapons, which sow destruction, suffering, and death, but only through reasonable,…
— Pope Leo XIV (@Pontifex) March 1, 2026
Instagram / Pope Leo XIV u Pexels