“15,017 Residenzi Ġodda Approvati F’Għawdex Mill-2012 Sal-2026” – Luke Said

L-attivist Luke Said għal darb’ oħra ġibed l-attenzjoni tal-publiku rigward is-sitwazzjoni f’Għawdex fejn tidħol l-infrasttrutura u l-popolazzjoni tal-Gżira. Tkellem u qal fost l-oħrajn dwar il-fatt li aktar minn 15-il elf residenza ġiet approvata f’Għawdex f’anqas minn 15-il sena.

Qal, “Fl-2011, f’Għawdex kellna 25,070 dar. Jekk dawn approvati jinbnew kollha, dan ifisser żieda ta’ 60% fl-istokk ta’djar. Sadanittant, il-popolazzjoni ta Għawdex kibret b'madwar 33% minn 31.4k fl-2013 għal 41.8k fl-2025.”

Żied, “Allura iva, il-popolazzjoni ta' Għawdex qed tikber. L-ekonomija ta' Għawdex qed tikber. IMMA l-problema mhix it-tkabbir. Il-problema hija t-tkabbir mingħajr ippjanar!! Għadna kemm qattajna jiem insofru minn sħana estrema u qtugħ tad-dawl għax l-infrastruttura tagħna ma setgħetx tlaħħaq. Dak li jikkawża n-nuqqas ta' ppjanar - Tbatija fuq l-Anzjani Tagħna, il-Morda Tagħna. Tal-Mistħija!”

Kompla aqra dak li qal hawn:

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI