“Minħabba Inċident Li Seħħ Fiċ-Ċirkewwa, Direzzjoni Lejn Il-Mellieħa, Uffiċjali Ta’ Transport Malta Jinsabu Fuq Il-Post” – Transport Malta

Il-paġna uffiċjali tat-Transport Malta ħabbret li sar incident fiċ-Ċirkewwa u għalhekk infetħet lane temporanja u l-uffiċjali jikkontrollaw it-traffiku.

Kitbu, “Aġġornament – Ċirkewwa. Minħabba inċident li seħħ fiċ-Ċirkewwa, direzzjoni lejn il-Mellieħa, uffiċjali ta’ Transport Malta jinsabu fuq il-post jikkontrollaw it-traffiku. Infetħet lane temporanja f’direzzjoni waħda biex it-traffiku jibqa’ għaddej. Is-sewwieqa huma mitluba jsegwu d-direzzjonijiet tal-uffiċjali u jsuqu b’attenzjoni.”

Nittamaw li ma weġġa’ ħadd f’dan l-inċident u nappellaw biex is-sewwieqa jsuqu bil-galbu u jimxu mad-direzzjonijiet tal-uffiċjali biex nevitaw iktar aċċidenti. Nirringrazzjaw lil Transport Malta u l-uffiċjali tagħhom li jikkontrollaw is-sitwazzjoni minnufih meta jseħħ xi aċċident. Nitolbu li ma jdumx ma jgħaddi kollox b’wiċċ il-ġid.

Ritratti:

Facebook / Transport Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI