Tingħata L-Aħħar Tislima Lil Jennifer Sawan

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-kantant Franklin Calleja sellem il-memorja ta’ Jennifer Sawan, proprju fil-jum li fih ingħatat l-aħħar tislima. Il-funeral ta’ Jennifer sar illum it-Tnejn 31 ta’ Awwissu fil-Knisja ta’ Santa Liena f’Birkirkara, fit-8:30 ta’ filgħodu.

Qal, “Ma' kienet xejn faċli sabiex nkanta f'mument difficli hekk, speċjalment waqt il-funeral tieghek, Jennifer Sawan. Ġimgħatejn ilu kellimtek l-isptar u kelli raġġ ta' tama ... imma d-destin kellu jkun mod ieħor. Ser nimmisjaw il-karattru tieghek, spontanju, mimli ħajja. Ħallejtna bla kliem.”

Mit-tim ta’ Gwida.mt nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari tagħha.

Ritratti:

Jennifer Sawan

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI