“Avviż Dwar Aċċess Fi Triq Ta’ Bistra. Ninfurmaw Lir-Residenti U Lill-Pubbliku Li Se Jkun Hemm Scaffolding Armat” – Kunsill Lokali Mosta

Il-Kunsill Lokali tal-Mosta ħabbru avviż fuq il-paġna uffiċjali tagħhom, dwar aċċess fi Triq ta’ Bistra.

Fuq il-paġna huma spjegaw, “Avviż dwar aċċess fi Triq ta’ Bistra. Ninfurmaw lir-residenti u lill-pubbliku li se jkun hemm scaffolding armat fi Triq ta’ Bistra mill-15 ta’ Lulju sas-7 ta’ Awwissu. Matul dan il-perjodu, l-aċċess għat-triq għandu jsir min-naħa ta’ fuq, minn Triq il-Missjunarji Maltin. Niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent u nirringrazzjawkom tal-kooperazzjoni tagħkom.”

Nirringrazzjawhom tal-avviż u nappellaw biex tippjanaw ir-rotta tagħkom. Dan biex innaqsu t-traffiku u l-aċċidenti. Il-mappa ta’ din it-triq ġiet ukoll ippubblikata ma’ dan il-messaġġ fuq il-paġna tagħhom.

Ritratti:

Facebook / Kunsill Lokali Mosta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI