Il-komunità tal-futbol Malti tinsab f'luttu wara l-aħbar li ħalla din id-dinja Anthony Spiteri, li għal aktar minn 30 sena serva fil-qasam tas-sigurtà u l-protezzjoni fi ħdan il-Malta Football Association (Malta FA).
"Imnikket Ħafna Bl-Aħbar Tal-Mewt Ta’ Anthony Spiteri... Li Serva Għal Diversi Snin Bħala Uffiċjal Tas-Sigurtà Mal-Malta FA," tikteb l-assoċjazzjoni.
Tul il-karriera twila tiegħu fil-futbol, Anthony Spiteri sar wiċċ magħruf u rispettat, fejn kien apprezzat kemm għall-professjonalità tiegħu kif ukoll għall-impenn kontinwu lejn il-logħba.
Il-Malta FA esprimiet il-kondoljanzi sinċieri tagħha lill-familja, lill-ħbieb u lill-qraba ta' Anthony Spiteri f'dan il-mument diffiċli.
Jistrieħ fis-sliem.