Il-Ħadd filgħaxija, membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ta' Malta intervjenew wara li ġie rrappurtat vann abbandunat li qabad bin-nar f'għalqa f'Ħad-Dingli. Fi stqarrija fuq il-midja soċjali, id-Dipartiment spjega li fuq il-post intbagħtu pumpiera mill-Istazzjon 4, li rnexxielhom jikkontrollaw u jitfu n-nirien, filwaqt li żguraw li ż-żona tal-madwar kienet sigura.
Fortunatament, ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident. Fuq il-post issejħu wkoll uffiċjali tal-Pulizija mill-10 Distrett, li assistew waqt l-intervent. Il-kawża tan-nirien għadha ma ġietx indikata. Minn naħa tagħna, nirringrazzjaw lill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u lill-Korp tal-Pulizija għas-servizz u d-dedikazzjoni tagħhom lejn is-sigurtà tal-komunità.
Facebook / Civil Protection Malta