Kieku l-eks first lady ta' Malta, Mary Fenech Adami, għadha fostna llum kienet tkun qed tiċċelebra l-età ta' 93 sena.
"Kieku llum kont tagħlaq 93 sena. Strieħ fis-sliem Mamá. Ibqa' żomm idejk fuqna," kiteb binha l-Membru Parlamentari Beppe Fenech Adami fejn sellem il-memorja tagħha.
Mary kienet miżżewġa lill-eks Prim Ministru Eddie Fenech Adami. Sfortunatament hi kienet ħalliet din id-dinja fit-8 ta' Lulju tal-2011.
Insellmu l-memorja tagħha f'din il-ġurnata.
Facebook/ Beppe Fenech Adami