Fuq il-paġna uffiċjali tiegħu Bjorn Formosa jaqsam mument mill-isbaħ hekk kif kellu żjara minn sħabu. Kemm hu sabiħ li waqt tkun għaddej tissielet u tikkumbatti ssib li dawk li jinsabu f'ħajtek, qegħdin hemm.
"Kemm nieħu gost meta jiġu jżuruni sħabi Gerald, Darrell, Cedric u John ġew u taw donazzjoni sabiħa lil DAR Bjorn għall-birthday tiegħi (li għadu qas wasal!) Grazzi ħbieb." Qasam anke ritratt magħhom għall-okkażjoni.
Mument sabiħ li juri ħbiberija soda. Prosit tassew!