“Insellmulek Ċikk! Bħalek Mhux Se Jerġa’ Jkun Hawn” – Il-Ministru Owen Bonnici

Markis

Ċikku il-Markis, raġel maħbub li sfortunatament ħalliena fid-9 ta’ Ottubru li għadda. Aħbar li qanqlet diversi messaġġi ta’ sogħba u tifkiriet sbieħ mingħand dawk li kellhom ix-xorti jsiru jafuh b'xi mod jew ieħor.

Għalkemm Ċikku m’għadux magħna, it-tifkira tiegħu żgur li se tibqa’ ħajja fil-qlub ta’ dawk kollha li kienu jafuh. Il-Ministru Owen Bonnici qasam messaġġ qasir iżda mill-qalb iddedikat għal Ċikku.

"Insellmulek Cikk! Bħalek mhux se jerġa jkun hawn," kiteb Owen. Bosta kkummentaw u mill-ġdid esprimew l-imħabba li tant kellhom lejh.

Strieħ fis-sliem, Markis! Għal dejjem f'qalbna!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI