Qed Tintalab L-Għajnuna Biex Jinstab Mikey – Intilef Fl-Inħawi Ta’ Birkirkara

Rowena Grech qed tappella għall-għajnuna tal-pubbliku biex jinstab Mikey, qattus ta’ madwar sitt snin li ntilef fl-inħawi ta’ Birkirkara. Skont il-post li qasmet Rowena, Mikey deher l-aħħar fl-inħawi ta’ St Anne’s Clinic u l-parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem f’Birkirkara. St Anne’s Clinic tinsab fi Triq Kanonku Karm Pirotta.

Rowena spjegat ukoll li Mikey ma tantx iħobb li n-nies imissuh, u għalhekk min jilmaħu għandu joqgħod attent li ma jbeżżgħux jew jipprova jaqbdu jekk il-qattus ma jersaqx minn jeddu. "Dan il-qattus għandu madwar sitt snin u ma jħobbx min imissu. Xerrdu l-post u jekk tarawh ċemplu fuq 79064934," kitbet Rowena fl-appell tagħha.

Kull min jiltaqa’ ma’ Mikey jew għandu xi informazzjoni li tista’ twassal biex jinstab huwa mitlub jagħmel kuntatt fuq in-numru 7906 4934. Nittamaw li Mikey jinstab qawwi u sħiħ u jerġa’ jingħaqad ma’ sidienu mill-aktar fis.

Ritratti:

Facebook / Rowena Grech

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI