Oliver Scicluna qasam messaġġ mill-isbaħ fuq il-paġna tiegħu fejn fakkar fi żminijiet sbieħ mal-familja tiegħu, marbuta b’mod speċjali mal-Festa ta’ San Lawrenz.
Hu rrakkonta kif bħall-bieraħ, in-Nanna tiegħu Esther kienet tlaqqa’ lill-familja kollha għandha u tħejjilhom minn kollox biex flimkien jieklu, jixorbu, jidħku u jgawdu l-kumpanija ta’ xulxin.
San Lawrenz kien għal qalb ħafna n-Nanna Esther u din il-ġurnata kienet saret okkażjoni speċjali għall-familja kollha. Wara l-ħin flimkien, hija kienet tmur tara lil San Lawrenz dieħel lura fil-knisja.Illum, dawk il-mumenti għandhom tifsira ferm akbar.
Oliver fakkar li wara n-Nanna Esther, ħallewhom ukoll iz-Ziju Louis u ommu u għalhekk dak li baqa’ llum huma biss il-memorji prezzjużi tagħhom. Huwa temm billi awgura l-Festa ta’ San Lawrenz it-tajba lil kulħadd.
Fb/ Oliver Friggieri