Il-kantanta Maltija u l-ewwel rebbieħa ta' X Factor Malta, Michela Pace lbieraħ iċċelebrat mument speċjali fil-ħajja personali tagħha hekk kif għaddiet sena minn meta bdiet il-ħajja miżżewġa. F’messaġġ qasir iżda mimli mħabba li qasmet fuq il-midja soċjali, Michela kitbet, "Sean wara u nerġa' nagħżlek f'kull ħajja. Awguri fl-ewwel anniversarju tagħna."
Il-kliem tagħha juri kemm din is-sena kienet waħda mimlija mumenti sbieħ u kemm ir-rabta bejniethom kompliet tissaħħaħ maż-żmien. Awguri lill-koppja f’dan l-anniversarju speċjali, bil-ħbieb u s-segwaċi tagħha jingħaqdu biex jawgurawlhom ħafna aktar snin ta’ mħabba u ferħ flimkien. F'isem it-tim ta' Gwida, nixtiqulhom ħafna mħabba, għożża u kuntentizza.
Awguri mill-qalb!
Facebook / Michela Pace