Grupp ta’ żeffiena Maltin bravissimi minn Nicky’s Dance Studios, ibbażati f’De La Salle, irrappreżentaw lil Malta bi kburija f’Disneyland Paris fit-3 ta’ Lulju 2026, fejn taw sensiela ta’ wirjiet memorabbli f’wieħed mill-aktar ambjenti ta’ divertiment maġiċi fl-Ewropa.
Taħt id-direzzjoni tas-Sinjura Nicky, Nicola Fenech, flimkien mal-gwida kreattiva u l-koreografija tas-Sinjura Nicole Chetcuti, is-Sur Francesco Nicodeme u s-Sinjura Nicola Micallef, madwar 37 żeffiena żagħżugħ u żagħżugħa telgħu fuq il-palk u wrew il-passjoni, id-dixxiplina u l-abbiltà artistika tagħhom.

Iż-żeffiena wettqu sitt biċċiet b’kollox, u ppreżentaw programm varjat li kien jinkludi jazz, ballet klassiku, hip-hop/żfin kummerċjali u żfin kontemporanju.
Din il-kisba mhux biss hija mument ta’ kburija għall-istudjo, iżda wkoll għal Malta. Wara kull wirja hemm sigħat ta’ taħriġ, dedikazzjoni u impenn. Dawn iż-żeffiena żgħażagħ ikomplu jipprattikaw u jtejbu s-sengħa tagħhom filwaqt li jimmaniġġjaw ukoll it-talbiet tal-iskola, l-eżamijiet, il-homework u l-ħajja ta’ kuljum tal-istudenti.
Prosit!
