Il-paġna ta’ Puttinu Cares irringrazzjat lil Anthony Bonavia u l-familja u l-ħbieb tiegħu talli bejniethom irnexxielhom jiġbru somma sabiħa għal Puttinu Cares biex jgħinu lil ħaddieħor.
Huma kitbu, “€21,050!!! Ċelebrazzjoni ta’ għeluq is-sittin sena li ma tintesa qatt għal Anthony Bonavia! Imdawwar bi mħabba u l-familja u l-ħbieb tal-ġenn tiegħu. Ngħidu prosit kbira lill-mara brillanti tiegħu Doreen li organizzat festin sabiħ mimli ferħ. Flimkien, irnexxielhom jiġbru somma inkredibbli ta’ €21,050 għal Puttinu Cares!”
Żiedu jgħidu, “Verament aħna ispirati bil-ġenerosità u l-altruwiżmu tagħkom. Grazzi, Anthony, Doreen, u kull min offra donazzjoni. L-appoġġ tagħkom ifisser kollox għalina u għal tant familji fil-bżonn.”
Prosit kbira! Għandkom qalb tad-deheb!
Facebook / Puttinu Cares