Fil-port Irlandiż ta’ Belfast, kważi 1,000 drone reġgħu taw il-ħajja lill-bastiment RMS Titanic li eżattament 114-il sena ilu sfa mgħarraq traġikament wara li nkalja ma’ silġa fl-oċean Atlantiku.
Ix-xena meraviljuża li ssawret bil-ħila ta’ dawn id-drones ħalliet lil bosta impressjonati.
L-organizzaturi ħadu ħsieb ukoll li din ir-replika tat-Titanic isseħħ proprju fl-istess port Irlandiż li minnu l-bastiment kien salpa għall-ewwel darba qabel ma ltaqa’ mad-destin traġiku tiegħu.
Sfortunatament, it-traġedja tat-Titanic kienet serqet il-ħajja ta’ ftit iżjed minn 1,500 ruħ bil-fattur ewlieni li kkontribwixxa għall-għadd sostanzjali ta’ mwiet kien proprju n-nuqqas ta’ bastimenti li kienu fil-qrib lesti sabiex jagħtu l-għajnuna tagħhom lill-bastiment li f’temp ta’ sagħtejn u 40 minuta sab ruħu fil-qiegħ tal-Atlantiku.
Instagram / @love_belfast u @love_northernireland