Aħbar sabiħa waslet minn Animal Welfare Gozo, fejn qattusa ċkejkna jisimha Lucy issa tinsab f’saħħitha u lesta biex issib familja li tieħu ħsiebha.
Lucy waslet fix-xelter biex tingħata kura f’għajnejha, iżda wara trattament u attenzjoni, issa fieqet kompletament u tinsab f’kundizzjoni tajba ħafna.
Din il-ħlejqa għandha bejn 7 u 8 ġimgħat, u qed tfittex dar fejn tista’ tirċievi l-imħabba u l-kura li jistħoqqilha. Il-ħaddiema ta’ Animal Welfare Gozo spjegaw li Lucy hija qattusa ħelwa u mimlija mħabba.
“Iċ-ċkejkna u ħelwa Lucy ġiet fix-xelter għal kura tal-għajnejn u issa fieqet għal kollox u lesta għal ftit imħabba umana. Lucy għandha madwar 7-8 ġimgħat.”
Dawk interessati li jagħtu dar lil Lucy huma mħeġġa jikkuntattjaw lil Animal Welfare Gozo u jagħmlu pass li mhux biss jibdel ħajjithom, iżda wkoll ta’ din il-kreatura ċkejkna li issa hi lesta għal bidu ġdid.