Iben Clyde Puli, Gabriel, illum jiċċelebra għeluq sninu u f'dan il-jum kitiblu messaġġ qasir iżda mill-qalb. M'għandniex xi ngħidu dan huwa jum prezzjuż għal Clyde, għax kien sar missier.
F'messaġġi li kitiblu fi snin passati, dejjem jesprimi kemm hu kburi bir-raġel li sar illum il-ġurnata. Ifaħħar karatteristiċi tiegħu fosthom qalbu tajba.
Waqt li qasam ritratt tiegħu u ta' ibnu Gabriel għall-okkażjoni, hu kitiblu, "24 sena llum. Awguri f'għeluq sninu lil ibni Gabriel." Bosta kkummentaw l-awgurju tagħhom u xewqat sbieħ, u Clyde anke qasam ringrazzjament għalihom ilkoll.
Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt ngħaddulu l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu jum mill-isbaħ mimli b'dak kollu li tixtieq qalbu, kif ukoll sena mill-aqwa. Awguri!