“24 Sena Mill-Mewt Tal-Eks President Agatha Barbara.” – L-Aġent President Helena Dalli Taqsam Ritratt Mill-Arkivji

Helena Dalli

L-Aġent President Helena Dalli qasmet ritratt li kien ittieħed mid-Dipartiment għall-Informazzjoni waqt żjara tal-mibkija Eks President Agatha Barbara fl-iskola primarja ta’ Ħaz-Żabbar.

Fl-istess ritratt hemm persuna oħra influwenti f’ħajjet Helena, li hi z-zija tagħha, li kienet tgħallem fl-iskola primarja.

“24 sena mill-mewt tal-eks President Agatha Barbara. Dan ir-ritratt tad-DOI, ifakkarni f’żewġ nisa li influwenzawni f’ħajti: l-eks President Agatha Barbara u z-zija tiegħi, kif jafha kullħadd Ħaż-Żabbar, ‘it-teacher’ Miss Abela, li għadha magħna mimlija bl-għomor. Grazzi għall-eżempju u d-dedikazzjoni tagħhom, nibtet fija x-xewqa li nservi lil pajjiżi. Role models veri li nibqa’ nġorr f’qalbi.”

Insellmu l-memorja tal-Eks President Agatha Barbara – li tibqa’ msemmija bħala l-ewwel President mara ta’ Malta.







Ritratti:

Facebook/ Helena Dalli

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI