Jiġu Żvelati L-Karattri Li Ħa Naraw Fis-Sensiela Televiżiva Fra Mudest

Fra Mudest

Fuq il-paġna uffiċjali Fra Mudest fuq NetTv, ġie ppubblikat kontenut b'aktar dettalji dwar il-produzzjoni televiżiva immirata għall-familja kollha, ibbażata fuq il-karattru maħbub ta’ Charles Casha, Fra Mudest.

Id-dramm, li għandu adattament ta’ Jonathan Laferla u produzzjoni ta’ Melanie-Jo Mangani, ser jixxandar mill-ħarifa fuq Net TV, kif indikat fil-poster uffiċjali.

Fost ir-ritratti li qasmu fuq il-paġna uffiċjali, hemm tfajla taqra l-famuż ktieb ta' Fra Mudest, li min jaf kemm iqanqal memorji għal ħafna minna. Ir-rispons tan-nies huwa diġà wieħed tajjeb.

Qasmu anke l-ewwel promo li juri siltiet qosra minn dak li ser isegwu t-telespettaturi li jiżvela l-karattri li ser naraw. Ħerqana għal din il-produzzjoni?

Ritratti:

Facebook/ Fra Mudest fuq Net Tv

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI