“Wara Ħafna Xogħol Fl-Aħħar Wasal It-Tielet Staġun” – Arnold Sciberras Iħabbar Li Ħa Jkompli L-Programm Televiżiv ‘Ulied Ix-Xefaq’

Ulied ix-Xefaq

Bi kburija u entużjażmu n-naturalist u preżentatur lokali, Arnold Sciberras u t-tim tiegħu fosthom il-preżentatriċi Stephanie Chircop kif ukoll il-botaniku u ġeoloġiku Jeffrey Sciberras, qasmu l-promo uffiċjali tat-tielet staġun ta’ Ulied ix-Xefaq - programm li qanqal ħafna interess fost it-telespettaturi u segwaċi kollha.

"Xhur ta’ preparazzjoni, vjaġġi, filming, avventuri u esperjenzi indimentikabbli wassluna s’hawn… u issa wasal iż-żmien li naqsmuhom magħkom!"

Lestu ruħkom għal postijiet ġodda, skoperti, natura mill-isbaħ, avventura u ħafna sorpriżi tul it-triq. It-tielet staġun ta' Ulied ix-Xefaq jibda mid-29 ta’ Settembru Fid-12:35 ta’ filgħaxija fuq NET TV.

"Ara l-promo, aqsmu ma’ sħabkom u xerrdu l-kelma! U lesti ruħkom biex għal darb’oħra tingħaqdu magħna… lil hinn mix-xefaq!," ikompli Arnold.

Inħeġġukom ma titilfuhx!

Ritratti:

Ulied Ix-Xefaq

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI