“Omm U Jien Qed Nagħmlu Biċċa Xogħol Pjuttost Tajba!” – Malcolm Galea F’Għeluq L-14-il Sena Ta’ Ibnu

L-attur, direttur u kittieb lokali Malcolm Galea qasam mument sabiħ mal-familja tiegħu hekk kif hu u martu, l-attriċi u preżentatriċi Angele Galea, iċċelebraw għeluq l-14-il sena ta’ binhom. Malcolm qasam ritratt ta' martu ma' ż-żewġ ulied, akkumpanjat minn messaġġ qasir u b’dik id-daqqa ta’ umoriżmu li ħafna jassoċjaw miegħu.

“Illum iċċelebrajna 14-il sena ta’ dan iż-żagħżugħ. S’issa, ommu u jien naħsbu li qed nagħmlu biċċa xogħol pjuttost tajba fit-trobbija tiegħu,” kiteb Malcolm. B’ċajta ħelwa, hu kompla jgħid li hu u Angele lesti jieħdu l-mertu kollu għall-persuna li qed isir binhom, “Nieħdu l-kreditu kollu talli sar żagħżugħ tant ħelu.”

Mument sempliċi iżda speċjali għal Malcolm u Angele, hekk kif flimkien qed jaraw lil binhom jikber u jidħol f’kapitlu ġdid ta’ ħajtu. Aħna ningħaqdu mal-awguri u nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq l-14-il sena tiegħu!

Ritratti:

Facebook / Malcolm Galea

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI