Illum huwa jum speċjali għall-koppja maħbuba Joe u Sonia Demicoli, hekk kif bħal-lum kienu qalu s-signor si, u bdew il-vjaġġ mill-isbaħ tagħhom bħala miżżewġin.
Joe qasam ritratti meħudin waqt il-ġurnata tat-tieġ, u kiteb, "36 sena wara." Apparti minn hekk qasam kwotazzjoni ta' George Harrison, fejn jitkellem dwar il-preżent, li huwa ż-żmien li verament qed ngħixu fih.
Flimkien mar-ritratti tat-tieġ, Joe qasam ieħor iktar riċenti tiegħu u ta' Sonia flimkien. Awguri minn qalbna! Nixtiqulhom ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!

Facebook/ Joe Demicoli