Għaddew Is-Snin, Iżda Amy Winehouse Għadha Ħajja Fil-Mużika. Tiftakarha?

Hemm artisti li jgħaddu minn ħajjitna u, anke jekk jgħaddu s-snin, isimhom qatt ma jintesa. Waħda minnhom hija bla dubju Amy Winehouse, kantanta Ingliża li kieku lbieraħ għalqet 43 sena.

Winehouse kienet magħrufa l-aktar għall-vuċi qawwija u distintiva tagħha u għall-istil li jgħaqqad is-soul, il-jazz u l-R&B. Kanzunetti bħal “Rehab” u “Back to Black” saru suċċessi kbar madwar id-dinja u għadhom jindaqqu sal-lum.

Lil hinn mill-fama u t-talent tagħha, Amy kienet ukoll persuna li għaddiet minn mumenti diffiċli ħafna. Il-ġlidiet personali tagħha spiss kienu fil-mira tal-attenzjoni tal-midja, u l-istorja tagħha baqgħet waħda li tqanqal emozzjonijiet qawwija.

It-tluq tagħha f’età żgħira ħalla vojt kbir fost dawk li kienu jħobbu l-mużika tagħha, imma forsi l-isbaħ wirt li ħalliet huwa dak li għadha tagħtina permezz tal-kanzunetti tagħha: memorji, emozzjonijiet u vuċi li ż-żmien ma rnexxilux inessi!

Ritratti:

Facebook/Cosmpolitan

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI