Il-kantanta lokali Deborah C qasmet messaġġ mill-isbaħ f’għeluq snin oħtha, fejn esprimiet kemm hi grata li għandha lilha f’ħajjitha. “Awguri f’għeluq sninek lill-unika oħti! Inħossni xxurtjata u grata ħafna li għandi lilek f’ħajti,” bdiet tikteb Deborah.
Hi kompliet billi tkellmet dwar ir-rabta speċjali li hemm bejniethom u kif għal Deborah, oħtha hija ħafna aktar minn sempliċement membru tal-familja. “Int mhux biss oħti, imma wkoll ħabibti, is-sapport tiegħi u persuna li dejjem se jkollha post speċjali f’qalbi,” kitbet.
Deborah awguratilha biex dan il-jum speċjali jkun mimli mħabba u memorji sbieħ, “Jalla għeluq sninek ikun mimli mħabba, ferħ, daħk u mumenti sbieħ. Int jistħoqqlok il-ferħ kollu tad-dinja, illum u dejjem!”
Hi temmet il-messaġġ tagħha bi kliem sempliċi iżda mimli mħabba, “Inħobbok ħafna, oħti sabiħa! Awguri f’għeluq sninek.” Aħna ningħaqdu ma’ Deborah u nawguraw lil oħtha l-isbaħ xewqat f’dan il-jum speċjali!
Facebook / Deborah CC