Jum speċjali għall-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport, Byron Camilleri, u martu Salome, hekk kif illum qed jiċċelebraw ir-raba' anniversarju taż-żwieġ tagħhom. F'dawn l-erba' snin, il-koppja mhux biss saħħet ir-rabta ta' bejniethom, iżda wkoll bdew kapitlu ġdid f'ħajjithom bit-twelid ta' binthom, Pippa, li ġabet magħha aktar ferħ u mumenti indimentikabbli għall-familja.
Fl-okkażjoni tal-anniversarju tagħhom, Byron qasam ritratt sabiħ flimkien ma' Salome fuq il-midja soċjali, fejn fakkar f'dan il-jum tant sinifikanti għalihom. Matul dawn is-snin, il-koppja kienet taqsam bosta mumenti sbieħ mal-pubbliku, b'Pippa spiss tisraq ix-xena bir-ritratti li juru l-imħabba u l-għaqda fil-familja tagħhom.
Mit-tim ta' Gwida.mt ningħaqdu ma' dawk li qed iwasslulhom l-awguri u nawguraw lil Byron, lil Salome u lil Pippa ħafna aktar snin ta' hena, saħħa u mħabba flimkien.
Facebook / Byron Camilleri