L-Ewwel Membru Parlamentari Fi Spanja Bil-Kundizzjoni Tad-Down Syndrome

Madwar sentejn ilu laħqu l-qofol tagħhom snin twal ta' ħidma bil-għan li titqajjem kuxjenza dwar il-kundizzjoni tad-down syndrome. Dan hekk kif għall-ewwel darba fl-istorja ta' Spanja ġiet eletta Membru Parlamentari b'din il-kundizzjoni.

F'Settembru tal-2023, Mar Galcerán, li dak iż-żmien kellha 45 sena, ġiet eletta fil-Parlament reġjonali tal-belt Spanjola ta' Valencia.

Meta ngħatat l-aħbar li hi kien se jkollha l-privileġġ isservi bħala Membru Parlamentari, Mar Galcerán saħqet li din hija aħbar mill-isbaħ għaliex turi li s-soċjetà qed tintebaħ bil-ħiliet u l-kontribut li persuni bid-down syndrome jistgħu jagħtu.

Sal-lum il-ġurnata, din il-politikanta li rnexxielha twettaq il-ħolma tagħha minkejja l-ostakli kollha, għadha sservi ta' ispirazzjoni għal bosta li matul ħajjithom ukoll qed ikollhom jaffaċjaw xi sfida.

Ritratti:

Facebook / Mar Galceran

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI