Rapporti fuq il-midja soċjali qed jitkellmu dwar il-possibbiltà li wara tant snin, bħalissa qed jinħadem ir-ritorn tas-serje ta' films li tant takkwista popolarità fiż-żminijiet tal-Milied, 'Home Alone'.
Dan hekk kif hemm xi għajdut li t-tim tal-produzzjoni avviċina lill-attur ewlieni Macaulay Culkin, li snin ilu kien interpreta l-parti ta' ċkejken Kevin.
Issemma kif l-attur ewlieni li llum il-ġurnata għandu 45 sena kien tkellem dwar il-possibbiltà li l-istorja tkompli b'Kevin issa mhux bħala tifel ta' tmien snin, iżda bħala missier iddivorzjat li t-tfal tiegħu jaqfluh barra d-dar.
Sal-lum il-ġurnata l-istorja li oriġinat fis-snin disgħin ta' tifel li suppost kellu jmur btala għall-ġranet tal-Milied mal-familja tiegħu iżda minflok jinsewh u jispiċċa d-dar waħdu għadha tattira l-interess ta' udjenza kbira u fl-istess waqt tqanqal sens ta' nostalġija.
Facebook / CoveredGeekly