403 Kilo Skart Miġbur minn Kemmuna u Għawdex – ‘Coast Is Clear’

Total ta’ 403 kilogrammi skart ġie mneħħi mill-kosti u qiegħ il-baħar ta’ Kemmuna u Għawdex waqt inizjattiva ambjentali organizzata minn Coast is Clear, bl-għajnuna finanzjarja tad-⁠⁠⁠⁠⁠⁠⁠⁠⁠⁠⁠⁠⁠⁠⁠⁠⁠⁠⁠⁠⁠⁠⁠⁠Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura.

Matul it-tindif, il-voluntiera rnexxielhom jirkupraw ħabel enormi tat-tbaħħir twil 57 metru, flimkien ma’ tajers, microplastics u diversi tipi oħra ta’ skart li kienu qed iniġġsu l-ambjent marittimu.

L-attività ffukat fuq diversi lokalitajiet popolari fosthom San Niklaw u l-Blue Lagoon Kemmuna, kif ukoll Daħlet Qorrot f’Għawdex.

L-organizzazzjoni qalet li dawn l-inizjattivi huma essenzjali biex jitħarsu l-kosti u l-ekosistemi marini ta’ Malta u Għawdex, filwaqt li jkomplu jqajmu kuxjenza dwar l-impatt negattiv tal-iskart fuq il-ħajja tal-baħar.







Ritratti:

Fb/ Coast is clear

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI