Jiżżewweġ Brendan, Ħu Brooke Borg – Nawguraw Lilu U Lil Martu Klaudia

Brendan u Klaudia

Fuq il-midja soċjali telgħu bosta filmati u ritratti mit-tieġ ta’ Brendan Borg, ħu l-kantanta lokali Brooke. Il-ġurnata meta hu u martu Klaudia qalu s-signor si ġewwa Ruma.

Fuq il-profil ta’ Instagram ta’ Brendan naraw fost l-oħrajn filmat ftit wara l-mument meta żżewġu, fejn hu u Klaudia qed juru ċ-ċurkett taż-żwieġ f’idejhom. Brendan kiteb, “Iżżewġġina.”

Apparti minn hekk kien hemm il-filmat uffiċjali tagħhom, bit-titlu Mr. & Mrs. Borg movie. Bosta kkummentawlhom fuq il-kontenut li qasmu u awgurawlhom f’din il-ġurnata prezzjuża.

Oħt Brendan, Brooke, tefgħet diversi ritratti u filmati fl-istories, fost l-oħrajn fejn nistgħu narawha mal-maid of honors.

Awguri mill-qalb Brendan u Klaudia!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI