“58 Ħija L-Għażiż!!! L-Ikbar Fost L-Aħwa, L-Iżjed Wieħed Li Tinkwieta” – Oliver Scicluna

Oliver Scicluna awgura lilll-għażiż ħuh Patrick Scicluna f’jum għeluq sninu. Kitiblu messaġġ t’apprezzament fuq il-paġna uffiċjali tiegħu f’din il-ġurnata speċjali.

Hu kitiblu, “58 ħija l-għażiż!!! L-ikbar fost l-aħwa, l-iżjed wieħed li tinkwieta, dak li tħoss tgħidu mingħajr tidwir mal-lewża, imnejjek għax iżżomm mal-Juventus (l-unika wieħed fil-familja) u fost kollox taf tħobb. Inħobbuk brother, għal dejjem.”

Irċieva diversi kummenti pożittivi t’awgurju fejn diversi persuni kitbu kemm hu raġel twajjeb u ta’ rispett.

Permezz ta’ dan il-messaġġ xi ftit umoristiku, hu esprima l-imħabba tal-aħwa u wrieh kem hu speċjali għalih. Nisperaw li kellu ġurnata mill-isbaħ imdawwar mal-iktar għeżież tiegħu!

Awguri mill-qalb Patrick!

Ritratti:

Facebook / Oliver Scicluna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI