Jeanesse Abela fetħet qalbha fuq il-paġna tagħha dwar l-impatt li ħalliet fuqha DAR Bjorn. Dan biex tispira lilna nagħtu d-donazzjonijiet tagħna waqt il-maratona DAR Bjorn.
Hi spjegat, “Dar Bjorn hi iżjed minn dar, tatni ħajti lura. Ħajti nbidlet ta‘ taħt fuq meta sirt naf fuq Dar Bjorn. Hawnhekk, sibt xi ħaġa li qatt ma ħsibt li se nerġa’ nsib – dar fejn inħoss li għandi post, fejn inħossni sigura, jifhmuni, u nista‘ nkun indipendenti. Minn meta dħat f’DAR Bjorn, qatt ma ħassejtni waħdi. Dejjem insib lil xi ħadd ma‘ min nitkellem, xi ħadd ma‘ min nidħak, u naqsam ħsibijieti. Ma sibtx biss dar, sibt familja oħra. Familja li taċċettani u tifhimni, tiċċelebrani u tagħtini l-kuraġġ inkompli għaddejja.”
Fost affarijiet oħrajn kompliet tgħid, “Forsi taħsbu li l-kontribuzzjoni tagħkom hi żgħira, imma għal xi ħadd li għandu bżonn post bħal DAR Bjorn, tista’ tfisser indipendenza, dinjita`, ħbiberija, sigurta`, u tama. Qatt mhu se ninsa x’tatni DAR Bjorn.”
Facebook / Jeanesse Abela