“It-Temperatura Massima Se Tonqos Bi Grad Kuljum” – It-Temp Madwarna

Bħalissa Malta qed tesperjenza mewġa tremenda ta’ sħana li f’xi ġranet qed taqbeż anke l-40 grad ċelsju.

Il-paġna uffiċjali tat-Temp Madwarna ppubblikat messaġġ li jispjega li s-sħana se tnaqqas xi ftit. Kitbu, “40 grad ċelsju f’xi nħawi llum! Bejn għada t-Tnejn 31/8 u s-Sibt 5/9, it-temperatura massima se tonqos bi grad kuljum. Minn 36 grad ċelsju għal 31 grad ċelsju.”

Jekk it-temp jibqa’ kif previst, minkejja li s-sħana xorta se tibqa’ magħna, inkunu nistgħu nieħdu nifs minn din is-sħana esaġerata.

Diversi kummenti esprimew frustrazzjoni bis-sħana qawwija li qed nesperjenzaw bħalissa. Fosthom kien hemm min kiteb, “Ma niflaħx iktar f’din is-sħana! Tal-biża u għajjejt!” u “Fl-aħħar. Forsi jerġa’ jkollna ftit saħħa. Grazzi ħafna.”

Ritratti:

Facebook / It-Temp Madwarna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI