Phylisienne Brincat qasmet messaġġ sabiħ u mimli emozzjoni hekk kif illum qed tiċċelebra 63 sena ta’ ħajja, b’qalb mimlija gratitudni għal dak kollu li għaddiet minnu tul is-snin.
Fi kliemha, hija rringrazzjat lil Alla għal kull mument, minn kull nifs u kull staġun, sa kull lezzjoni u kull barka li rċeviet tul il-ħajja tagħha. Hija enfasizzat kemm tħoss ruħha mbierka bil-familja tagħha, b’mod speċjali bit-tfal tagħha, kif ukoll bin-nies kollha li ltaqgħet magħhom tul il-mixja tagħha.
Ma naqsitx ukoll li ssemmi l-imħabba tagħha lejn l-annimali domestiċi tagħha, li huma parti importanti minn ħajjitha, u li jagħtuha ferħ ta’ kuljum. Phylisienne semmiet ukoll id-don li tuża t-talenti fil-qasam artistiku, fejn għandha passjoni għall-kant u l-ispettaklu. Hija sostniet li kull opportunità li kellha kienet mezz biex tagħti lura u sservi b’qalb miftuħa.
B’ħarsa ’l quddiem, hija qalet li qed tidħol f’din is-sena ġdida ta’ ħajjitha b’fidi, tama u determinazzjoni li tkompli tagħti aktar u tgħix b’għan. Messaġġ li jispikka mhux biss għas-sinifikat personali tiegħu, iżda wkoll għall-pożittività u l-ispirazzjoni li jwassal lil dawk kollha li jaqrawh.
Facebook / Phylisienne Brincat