Ix-xogħol ta’ kuljum f’santwarju tal-annimali mhux dejjem faċli. Fil-fatt, it-tim ta’ Noah’s Ark stqarr li ħafna drabi jħossu l-piż emozzjonali f’diversi każijiet.
Madankollu, ġranet bħal din li jitkellmu fuqha, ifakkruhom għaliex jagħmlu dan ix-xogħol. Dan meta l-kelb Scott, li kien wieħed mill-akbar stejjer ta’ suċċess tas-sena li għaddiet, reġa’ żarhom wara li sab dar għal dejjem f’Diċembru li għadda.
Skont it-tim, Scott kien każ li ħallielhom impatt qawwi, u l-fatt li rawh mill-ġdid, f’saħħtu u kuntent, kien mument li tassew mess qalbhom.
“Għalhekk jagħmilna tant ferħanin meta nerġgħu naraw klieb bħal Scott li sab daru lura f’Diċembru li kien waħda mill-istejjer ta’ suċċess ewlenin tagħna mis-sena l-oħra! Illum ġie lura jżurna fis-santwarju u huma affarijiet żgħar bħal dawn li jimlewlna ruħna mill-ġdid bil-ferħ.”
Huma spjegaw li huma dawn il-mumenti żgħar iżda sinifikanti li jerġgħu jimlewhom bil-ferħ u jagħtuhom l-enerġija biex ikomplu jaħdmu b’dedikazzjoni, minkejja l-isfidi kontinwi li jiffaċċjaw.
L-istorja ta’ Scott tibqa’ simbolu ta’ tama u suċċess!