Netflix għadu kif ta l-ewwel ħjiel tas-serje live-action ġdida tiegħu dwar Scooby-Doo u dan diġà qed joħloq ħafna eċitament fost is-segwaċi. Is-serje, li mistennija tħabbat il-bibieb tagħha fis-sena 2027, se tkun qed tirrakkonta l-bidu tal-avventuri tal-grupp magħruf bħala Mystery Inc.
L-istorja se tiffoka fuq kif Shaggy, Daphne, Velma, Fred u Scooby-Doo ltaqgħu għall-ewwel darba qabel saru t-tim leġġendarju li jsolvi misteri u każijiet strambi.Waħda mill-aktar affarijiet li qed tiġbed l-attenzjoni hija l-fatt li Scooby-Doo se jkun interpretat minn kelb ta’ veru. Din hija l-ewwel darba fl-istorja tiegħu li l-karattru ikoniku se jkun rappreżentat b’dan il-mod u mhux biss permezz ta’ animazzjoni jew effetti diġitali.
L-ewwel riklam tal-film juri ġeru tar-razza Great Dane li diġà qed jisraq il-qlub ta’ bosta nies. Jidher li Netflix qed jittama li jġib lura l-maġija ta’ Scooby-Doo għall-ġenerazzjoni ġdida ta’ telespettaturi, filwaqt li jżomm ħajjin il-memorji ta’ dawk li trabbew isegwu l-avventuri ta’ din is-serje tant popolari.
Fb/ Netflix Updated