Illum huwa għeluq snin il-Membru Parlamentari Ewropew Thomas Bajada. Hu kiteb messaġġ sabiħ f’din il-ġurnata.
“Bonġu! Dalgħodu sebaħ jum it-32 sena tiegħi,” hu kiteb. “Aktar ma jgħaddu s-snin, aktar nirrealizza li l-ħajja mhix dwar it-titli jew is-suċċessi li tikseb, iżda dwar kif tibqa’ leali lejn min int tul il-vjaġġ tal-ħajja.”
“Inħossni grat għall-fiduċja li tant nies poġġew fija, u għar-responsabbiltà li din iġġib magħha kuljum. Nittama li fis-snin li ġejjin nibqa’ nimxi bl-istess awtentiċità, kurżità u sens ta’ servizz li wassluni s’hawnhekk illum. Grazzi lil kull min, b’xi mod jew ieħor, kien u għadu parti minn din il-mixja ta’ ħajti.”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Thomas f’dan il-jum speċjali.
Facebook / Thomas Bajada