“Tħalliet Waħedha F’Post Ta’ Parkeġġ” – CSAF Jirrakuntaw L-Istorja Ta’ Blackie

Blackie hija qattusa, li għadha lanqas biss għalqet it-tliet snin u  qed tfittex post fejn fl-aħħar tkun tista’ tħoss is-sigurtà u l-imħabba li tant tixtieq.

Skont CSAF ( Carers for Stray and Abandoned Felines), id-dinja ta’Blackie nbiddlet ħabta u sabta hekk kif nstabet abbandunata waħedha f’post ta’ parkeġġ. Wara li ġiet salvata, ittieħdet taħt il-kura tal-għaqda fejn illum tinsab sigura, iżda għadha tistenna lil xi ħadd biex jagħtiha ċans tesperjenza l-imħabba ta' familja.

Minkejja dak kollu li għaddiet minnu, Blackie hija qattusa grazzjuża ħafna. Tħobb il-kumpanija tan-nies, tfittex il-kuntatt u tieħu gost titgħannaq u tirċievi l-attenzjoni. L-organizzazzjoni tiddeskriviha bħala qattusa kalma u mimlija mħabba, li kapaċi timla dar b’ferħ kbir.

L-unika xewqa ta' Blackie hija li ssib familja li tagħżilha u li qatt ma terġa’ tabbandunaha.

Ritratti:

CSAF & Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI