“Nixtieq Li Kulħadd Ikun Kuntent Ukoll” – Il-Messaġġ Ta’ Guilherme

"Jien kuntent. U nixtieq li kulħadd ikun kuntent ukoll." Qal Guilherme f’messaġġ li kiteb riċentament.

Kelmiet sempliċi iżda żgur li ġejjin mill-qalb. Guilherme reġa' qasam messaġġ pożittiv mas-segwaċi tiegħu fuq il-midja soċjali. Fil-kitba tiegħu, huwa qal li jinsab kuntent u esprima x-xewqa li kull persuna tesperjenza l-istess ferħ. Huwa kompla jħeġġeġ biex napprezzaw il-ħajja, filwaqt li fakkar li kull jum huwa rigal li jistħoqqlu jiġi mgħożż.

Dan il-kliem iġegħlek tirrifletti għaliex finalment ħajja waħda għandna u ħadd ma jista’ jbiddel il-mod kif inħarsu lejn kull ċirkostanza ta’ ħajjitna jekk mhux aħna stess. Il-messaġġ tiegħu kien akkumpanjat minn kummenti sbieħ u diversi reazzjonijiet pożittivi mingħand dawk lijsegwu l-istorja tiegħu.

Kliem bħal dan ifakkarna li minkejja l-isfidi li nistgħu niffaċċjaw fil-ħajja ta' kuljum, dejjem hemm raġuni biex napprezzaw il-mumenti żgħar u sempliċi u għandna nkomplu dejjem inħarsu 'l quddiem bit-tama.

Ritratti:

Guilherme’s journey of hope

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI