“Qed Nagħmel Dak Li Nħobb” – Johan Mifsud Jirreferi Għall-Paris Fashion Week

Fuq il-paġna uffiċjali tiegħu, Johan Mifsud wassal messaġġ ta’ gratitudni wara li ngħata l-opportunità mill-Arts Council Malta biex jiddokumenta d-debutt ta’ Luke Azzopardi fil-Paris Fashion Week bil-kollezzjoni Salomé.

“Qed nagħmel biss dak li nħobb,” kiteb Johan, filwaqt li rringrazzja lill-Arts Council Malta tal-opportunità u l-fiduċja li wrew fih biex ikun parti minn dan il-mument  tant important fid-dinja tal-moda. 

Huwa żied li kien ta’ unur għalih li jikkontribwixxi f’dan ix-xogħol spettakolari. Fuq kollox dan ifakkar pass importanti għall-moda u l-kreattività Maltija fuq livell internazzjonali.

Id-debutt ta’ Luke Azzopardi fil-Paris Fashion Week kien wieħed ta' suċċess kif ukoll mument sinifikanti u indimentikabbli li kompla juri t-talent Malti fuq xenarju internazzjonali.

Ritratti:

Fb/ Johan Mifsud

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI