“8 Snin, 2 Subien Li Jdawlu Ħajjitna… L-Anniversarju T-Tajjeb” – Il-Membru Parlamentari Graham Bencini

Il-Membru Parlamentari Graham Bencini u martu llum jiċċelebraw 8 snin ta’ ħajja miżżewġa, tmien snin mimlija mumenti sbieħ u sfidi, li qasmu flimkien, u avventuri li kabbruhom bħala koppja. Ħajja li ġabet magħha mħabba li kibret, familja li kompliet tikber, u tifkiriet li baqgħu magħhom għal dejjem.

F’dan il-jum speċjali, Graham Bencini jaqsam ritratt mill-jum tal-għaqda tagħhom, ritratt li miegħu jġorr nostalġija, sentiment u ħafna memorji sbieħ. Hu jikteb, “8 snin, 2 subien li jdawlu ħajjitna, 2 klieb – wieħed telaq imma jibqa’ f’qalbna għal dejjem – u tifkiriet li ma jispiċċaw qatt. L-anniversarju t-tajjeb!”

F’isem it-tim kollu ta’ Gwida, nawguraw lil Graham u lil martu l-isbaħ xewqat f’dan l-anniversarju. Nittamaw li jkollhom jum mimli b’dak kollu li tixtieq qalbhom, u sena oħra b’saħħitha, b’paċi, u b’aktar memorji ġodda li jġorru magħhom tul il-ħajja.

Awguri mill-qalb u għal ħafna aktar snin flimkien!





Facebook / Graham Bencini



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI