“88 Rekluta Ġodda Se Jingħaqdu Mal-Forzi Armati Ta’ Malta… Jħaddnu L-Valuri Ta’ Dixxiplina, Responsabbiltà U Qadi Lejn Il-Pajjiż” – Armed Forces Of Malta (AFM)

Forzi Armati ta' Malta

Tassew għandna nkunu grati lejn l-uffiċjali kollha tas-salvataġġ, inkluż l-AFM, il-Forzi Armati ta’ Malta. Dawn l-eroj, għax m’hemmx kelma oħra, jkunu fuq quddiem, fl-akbar perikli, biex isalvaw tant ħajjiet.

Il-familja tal-AFM wasal iż-żmien li tkompli tikber ukoll.

“Sitt ijiem oħra jibda uffiċjalment reklutaġġ ieħor, li matulu 88 rekluta ġodda se jingħaqdu mal-Forzi Armati ta’ Malta. Dawn l-individwi se jgħaddu minn ħajja ċivili għal servizz militari, u jħaddnu l-valuri ta’ dixxiplina, responsabbiltà u qadi lejn il-pajjiż.”

Fuq il-paġna uffiċjali l-Forzi Armati ta’ Malta awgurat lir-rekluti kollha li ser jissieħbu mat-tim.







Ritratti:

Facebook/ Armed Forces of Malta (AFM)

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI