Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Malta Weather żammew lis-segwaċi tagħhom aġġornati bit-temp li nistgħu nistennew għal għada 1 ta’ Frar, hekk kif mistenni riħ mix-Xlokk forza 7.
Huma qalu, “Riħ mix-Xlokk Forza 7 mistenni s-sibt, 1 ta’ Frar 2025 hekk kif pressjoni baxxa li qegħda tifforma fid-deżert se titla lejn it-Tunezija filwaqt li tikkuntrasta ma’ firxa wiesgħa ta’ pressjoni għolja fejn se ttela wkoll xi trab tad-deżert lejn gżiritna. Possibilta ta’ xita tal-ħamrija bir-ragħad matul il-lejl ta’ bejn is-sibt u l-ħadd, għalhekk taħslux karozzi.”