“Kont Qed Nipprova Niftaħ Karozza Oħra…Inblajt …” Marika Caruana Smith fuq Bundy Time

Marika Caruana Smith, mistiedna fuq il-programm ta’ Bundy Time, taqsam mal-udjenza esperjenza li żgur li llum jew għada ġrat lil xi ħadd minna.

“Kelli karozza, kienet bajda…u pparkjajta l-Belt fejn ic-City Gates…Trid tkun xortik tajba biex issib. U mort lura u ma stajtx niftaħha dil-karozza b’xejn. Nipprova niftaħ niftaħ. U bdew jinġabru n-nies. U Jew bdew jaħsbu ħa nisraq karozza u mbagħad bdejt ngħidilhom naħseb pruvaw jiftħuhieli. Kienu għaddejjin il-pulizija u staqsieni xi ġralek Sinjorina.Għedtlu jew xi ħadd babasli l-lock għax ma nistax niftaħha. Qalli żgur tiegħek iċ-ċavetta? Għedtlu eq le, mill-basket tiegħi u ċ-ċavetta.”

Wara l-puliżija jgħidilha biex tgħid lil xi ħadd iġibilha ċ-ċavetta l-oħra tal-karozza. U kif Marika ddur mal-karozza tinduna li kienet qed tipprova karozza b’oħra! U tagħha kienet żewġ karozzi ‘l bogħod.





Ritratt: Facebook / Marika Caruana Smith



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI