“Ejjew Inwarrbu L-Loġika Tal-Vjolenza U L-Gwerra U Minflok Inħaddnu Paċi Msejsa Fuq L-Imħabba U L-Ġustizzja” – Papa Ljun XIV

Fuq il-pjattaforma ta’ X, il-Papa Ljun XIV reġa’ mill-ġdid appella sabiex id-dinja tħaddan il-paċi. Hu appella sabiex titwarrab il-loġika ta’ vjolenza u gwerer u minflok tingħata prijorità lill-imħabba u l-ġustizzja.

Il-Kap tal-Knisja Kattolika saħaq li l-paċi biss għandha l-ħila li ssolvi l-gwerer u tnissel it-tama u l-empatija fil-qlub tan-nies.

Il-Papa temm il-mesaġġ tiegħu billi ħeġġeġ sabiex ikun hawn tmiem immedjat għall-gwerer kollha li jinsabu għaddejjin madwar id-dinja bħalissa ħalli n-nies jinħelsu mill-uġigħ li dawn il-gwerer qed jikkawżaw.

Papa Ljun XIV tenna dan il-messaġġ fl-isfond ta’ konflitt li żviluppa matul dawn l-aħħar jiem bejnu u bejn il-President Amerikan Donald Trump wara li l-Mexxej tal-Knisja Kattolika kkundanna l-gwerra tal-Iran.







Ritratti:

Instagram / @pontifex u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI