Kate Neave, Ingliża u tgħix f’pajjiżna. Ilha Malta għal dawn l-aħħar ħames xhur u fuq filmat li tellgħat fuq TikTok tindika ħames affarijiet li nnotat dwar Malta u l-Maltin.
Ikollna nistqarru li Kate mhux qed tigdeb… iżda ta’ Ngliża li hi donnha li dawn l-affarijiet qed tinfluwenza ruħha minnhom hi wkoll. Ngħidu aħna, qed ngħinunha tħossha komda f’pajjiżna hux.
@kateneave17 Gotta love the Maltese ❤️🇲🇹 ignore the bed hair🤣 ##malta ##maltese ##meditation ##maltatiktok ##valletta ##expat ##travel
Il-ħames affarijiet li ssemmi Kate huma dawn:
- Il-Maltin jibżgħu mill-kesħa
- Il-Maltin jibżgħu mix-xita u issa anke hi qed tibża’ mix-xita
- Ħafna jixorbu l-whisky f’pajjiżna
- Kulħadd għaddej f’nofs ta’ triq, ma hemmx naħa jew oħra
- Għandna kliem mhux f’postu (dagħa) mżejjen u intensiv ħafna
Allura taħseb li Kate għandha raġun, ħallilna kumment fuq il-midja soċjali tagħna!
TikTok / Kate Neave