Covid-19: 143 Każ Ġdid U Kważi L-Istess Ammont Rikoverati

Il-paġna ta’ Saħħa għadha kif ħabbret li fl-24 siegħa li għaddew instabu 143 każ ġdid. Il-paġna żvelat ukoll li 139 persuna fieqet mill-Covid-19 f’Malta. B’hekk l-ammont totali ta’ każi pożittivi issa huwa ta’ 2062.

It-total ta' każijiet li kellna s'issa jammonta għal 9752. Bħal dejjem, il-każijiet li nstabu llum għadhom qed jiġu nvestigati.



Dwar il-każijiet li nstabu lbieraħ hemm:

  • 22  każ  minn membri tal-familja li kienu pożittivi
  • 4 każijiet minn fuq ix-xogħol
  • u 2 każijiet minn kuntatt dirett ma' persuni bil-Covid-19

Bħalissa huwa importanti aktar minn qatt qabel li wieħed iżomm mal-miżuri tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza fiżika u l-użu tal-maskra kullimkien.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI