“Kienet L-Aqwa Ħabiba Tiegħi” – Victoria Sciberras Tħabbar Il-Mewt Tan-Nanna Tagħha

Victoria Sciberras qasmet aħbar ta’ niket fuq il-mezzi soċjali hekk kif ħabbret li n-nanna tagħha mietet dalgħodu. F’messaġġ mimli emozzjoni, Victoria ddeskriviet lin-nanna tagħha bħala persuna ferm aktar minn nanna, u qalet li kienet l-aqwa ħabiba tagħha, l-akbar sostenitriċi u waħda mill-aktar persuni importanti f’ħajjitha.

Hija kitbet li l-imħabba, il-ħlewwa u l-qalb tajba tan-nanna tagħha ħallew impatt fuq il-familja kollha u li l-preżenza tagħha se tinħass nieqsa minn kulħadd. Żiedet li l-memorji li qasmu flimkien se jibqgħu jgħixu f’qalbhom għal dejjem. Minkejja n-niket kbir li qed iħossu, Victoria qalet li l-familja ssib ftit faraġ fil-ħsieb li n-nanna tagħha issa reġgħet ingħaqdet ma’ nannu Charlie u ma’ missierha, li tant kienet tħobb u kienet ilha tħossha nieqsa minnu.

Il-funeral tagħha se jsir nhar is-Sibt li ġej f’nofsinhar fil-Knisja ta’ San Gejtanu, il-Ħamrun. Fl-aħħar tal-messaġġ tagħha, Victoria sellmet lin-nanna tagħha bi kliem sempliċi iżda mimli mħabba, "Strieħ fis-sliem, Nanna. Tibqa’ għal dejjem f’qalbna."

Ritratti:

Facebook / Victoria Sciberras

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI