Il-Membru Parlamentari Julian Borg fuq il-mezzi soċjali feraħ lis-Sindku l-ġdid tas-Siġġiewi fejn kiteb, "Hekk kif bdejt naqdi dmiri bħala l-parlamentari tagħkom, ilbieraħ kien imiss lil sieħbi Ryan jieħu l-ġurament tal-ħatra ta’ Sindku tas-Siġġiewi."
Hu jkompli, "Jien inwiegħed li bħala Sindku ta’ raħal twelidi, ser inkun leali lejn l-pożizjoni li jirrappreżenta u nwiegħed l-għajnuna u l-esperjenza tiegħi lejh. Jien u Ryan, għandna ħaġa komuni. L-imħabba lejn is-Siġġiewi. U għalhekk, ser naħdmu flimkien sabiex nibqgħu nagħmlu l-ġid."
Hu jtemm jgħid, "Prosit ukoll lil Stephanie Vassallo għal kariga ta’ Viċi Sindku."
Facebook / Julian Borg