We Are Back: Valletta FC Lura Fil-Premier League – Fil-Belt Mistennija Ċelebrazzjonijiet Kbar!

Valletta FC ser tingħata t-Tazza tal-BOV Challenge League dan is-Sibt 12 ta’ April, u b’hekk tirritorna fil-Premier League b’mod mistħoqq.

Il-klabb qed jorganizza ċelebrazzjonijiet kbar, hekk kif il-partita kontra Marsa FC se ssir fit-15:30 fl-Istadium Nazzjonali, segwita minn festa fi Triq ir-Repubblika mis-19:00 ‘l quddiem.





Il-President Claudio Grech qal, “Kien staġun ta’ sfidi u emozzjonijiet. Ir-relegazzjoni kienet iebsa, imma għamlet lill-Klabb aktar b’saħħtu. Grazzi lill-partitarji tagħna – iktar minn 27,000 – li dejjem baqgħu magħna.”

L-attivitajiet jibdew fid-14:30 b’divertiment għall-familji f’Ta’ Qali. Wara l-partita, se tkun hemm festa kbira fil-Belt li żgur tibqa’ tiftakar!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI